Jittella’ katavru ta’ anzjana mill-baħar f’Buġibba

Aġġornat 05:32 PM
Hearse-pulizija-mewt
Miguela Xuereb

Katavru ta’ mara nstab ġol-baħar f’Buġibba waranofsinhar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li daħlilhom rapport li ntlemaħ katavru fil-baħar fis-2pm.

Il-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra marret fuq il-post u hemm sabu mara bla ħajja f’wiċċ l-ilma. Tim mediku u tabib tal-emerġenza ċċertifikaw lill-mara mejta fuq post.

Il-katavru ġie identifikat li hu ta’ mara ta’ 73 sena mill-Mosta.

Il-Maġistrat Marseann Farrugia fetħet inkjesta fuq il-każ.