Anzjana l-mara li nstabet mejta fil-baħar fl-Isla

Aġġornat 12:39 PM
Hearse-pulizija-mewt
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-katavru ta’ mara ttella’ mill-baħar ħdejn il-Maċina tal-Isla nhar it-Tnejn filgħodu.

Il-katavru kien ta’ mara ta’ 74 sena mill-Fgura. Huwa ġie nnutat fi Triq it-Tarzna minn persuni li kienu għaddejjin fl-akkwati, u ttella’ madwar it-8.30am.

Il-Forzi Armati ta’ Malta tellgħu l-katavru l-art. Imbagħad saru investigazzjonijiet sabiex tiġi identifikata l-vittma.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li nfetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima.