Jittella’ katavru fiċ-Ċirkewwa

Aġġornat 07:23 AM
Ritratt: Christoph Schwaiger

Read in English.

Tard il-Ġimgħa filgħaxija ttella’ katavru mill-baħar fiċ-Ċirkewwa.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt mill-Forzi Armati ta’ Malta u minn kelliem għall-Pulizija.

Fuq il-post kien hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll patrol boat li ħadmu flimkien biex il-katavru ttella’ mill-baħar.

Is-sejba ta’ dan il-katavru wasslet biex il-vjaġġi tal-Gozo Channel li kellhom jitilqu fl-9.45pm u fl-10.30pm miċ-Ċirkewwa għadhom ma telqux.

Minn informazzjoni li Newsbook.com.mt kiseb minn fuq il-post jidher li l-moll li normalment jintuża mill-vapuri tal-Gozo Channel (North Quay) ingħalaq biex tkun tista’ tissokta l-investigazzjoni. Il-karozzi li kienu fil-kju ntbagħtu fil-moll tan-naħa ta’ wara fiċ-Ċirkewwa stess.