Jittella’ denfil mejjet mill-baħar fix-Xgħajra

Il-ħaddiema tat-tindif ilbieraħ kellhom biċċa xogħol differenti mis-soltu, peress li kellhom itellgħu denfil mejjet mill-baħar fix-Xgħajra.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli xerrdet ritratti tal-ħidma fuq Facebook, u rringrazzjat lit-Taqsima tat-Tindif Pubbliku li wettqu dan ix-xogħol.

L-ERA tat permess li jittella’ dan id-denfil.