Jittallab għall-karità u jeħel multa

Rumen ta’ 44 sena tressaq il-Qorti akkużat li ttallab għall-karità fil-Gżira.
Huwa ġie arrestat ilbieraħ wara li l-Pulizija rċeviet rapporti li qed idejjaq lin-nies.
Il-Maġistrat Ian Farrugia wissa lir-raġel biex ma jerġax iwettaq ir-reat u ngħata multa ta’ €58.