Aġġornata: Tifel l-isptar wara li ttajjar fi Triq Tal-Barrani

Tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ttajjar minn karozza fi Triq Tal-Barrani, Santa Luċija.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8am. It-tifel li għandu 14-il sena ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 74 sena residenti Tal-Pietà.

It-tifel weġġa’ ħafif.