Aġġornata (2): Gravi wara li ttajjar minn karozza f’San Ġiljan

Taljan ta’ 30 sena residenti Għajnsielem dalgħodu ttajjar minn karozza f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq San Ġorġ.
Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħaż-Żebbuġ, fid-direzzjoni ta' Tas-Sliema.
Ir-raġel ittieħed l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Ritratt: MDT