Tifel qiegħed jilgħabha mal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’Pembroke.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tal-4pm fi Triq Prof. Walter Ganado. Huwa qal li t-tifel għad għandu 11-il sena, u ttajjar minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 64 sena mill-Gżira.
It-tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke dwar il-każ.