Dalgħodu raġel intlaqat minn vettura fil-Ħamrun, iżda għandu biss ġrieħi ħfief.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fit-8.30am fi Triq Villa Ambrosia.
Il-vittma huwa raġel ta’ 77 sena mill-Ħamrun stess, filwaqt dik li kienet qed issuq il-karozza li tajritu hija tfajla ta’ 22 sena li toqgħod il-Ħamrun ukoll.
Ir-raġel qed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei.