​Jittajjar raġel f’Ħaż-Żabbar

Raġel ta’ 51 sena minn Ħaż-Żabbar weġġa’ ħafif meta ttajjar minn karozza f’Ħaż-Żabbar stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fit-Triq il-Labour.
Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 35 sena minn Wied il-Għajn.
Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza.