Jittajjar raġel f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 70 sena minn Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi wara li ttajjar minn vann f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fit-Triq tal-Ħlas.  Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 33 sena minn Ħal Qormi.

L-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.