Aġġornata: Tifel ta’ sentejn jintlaqat minn karozza fis-Swatar

Tifel ta’ sentejn intlaqat minn karozza fis-Swatar. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-7.30 pm fi Triq il-Qattus. Skont il-Pulizija, it-tifel qabad u ħareġ fit-triq fejn intlaqat mill-karozza misjuqa minn raġel ta’ 46 sena minn Birkirkara.

Skont il-Pulizija, l-impatt kien wieħed żgħir però it-tifel xorta ttieħed l-isptar. Rapport ieħor fil-midja lokali qal li t-tifel weġġa’ b’mod serju.