Jittajjar minn karozza u jispiċċa bi ġrieħi gravi

Żagħżugħ ta’ 25 sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fis-Swieqi.
Il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ fi Triq Villa Rosa lbieraħ għall-ħabta tad-9pm, xħin għal xi raġuni l-karozza misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi laqtet liż-żagħżugħ, li joqgħod Birkirkara.
Fuq il-post marret ambulanza, li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar fejn ġie ċċ1ertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Il-Pulizija qed tinvestiga dal-każ.