Aġġornata: Jittajru żewġ ċiklisti

Żewġ persuni qed isofru ġrieħi gravi wara li ntlaqtu minn vettura meta kienu qed isuqu r-rota, f’żewġ inċidenti separati.
Fl-ewwel każ, żagħżugħ ta’ 28 sena residenti l-Isla ntlaqat minn karozza meta kien qed isuq ir-rota.
L-Inċident seħħ għall-ħabta tat-2.50am fi Triq Kordin, Raħal Ġdid.
Iż-żagħżugħ intlaqat minn żagħżugħ ta’ 27 sena, ukoll residenti l-Isla.
Fit-tieni każ, raġel ta’ 39 sena residenti Birkirkara ntlaqat minn quadbike misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ fi Triq Ġorġ Borg Olivier, il-Mallieħa, għall-ħabta tas-1.30am.
Fiż-żewġ każijiet, dawk li ntlaqtu meta kienu qed isuqu r-rota ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġew iċċertifikati li qed isofru ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.