Jittajjar kelb fil-Marsa; ambulanza bl-iskorta għall-isptar

Kelb li ttajjar fil-Marsa llum waranofsinhar sab is-Samaritan it-Tajjeb li għen biex twassal fl-isptar tal-annimali mill-aktar fis possibbli. 
Kelliema għad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali qalet li l-kelb ma kienx fi stat daqstant tajjeb, u li dak il-ħin ġie deċiż li l-ambulanza tal-annimali tiġi eskortata mill-pulizija li kien fuq il-post. 
Intant, kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-Pulizija kienu l-ewwel li wasslu fuq il-post fejn ittajjar il-kelb, fi Triq Diċembru 13.