Jittajjar ċiklist viċin Triq il-Kosta

Dalgħodu ttajjar ċiklist viċin ir-roundabout ta’ qabel ma tidħol għall-Triq il-Kosta min-naħa ta’ San Pawl. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li kien hemm ċiklist mal-art wara li ttajjar minn karozza. Il-Pulizija għadha ma kkonfermatx dan l-inċident, hekk kif sostniet li ma daħlulha l-ebda rapporti.