Ċiklist isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fin-Naxxar

Aġġornat 06:41 AM

Read in English.

Ċiklist ittajjar fin-Naxxar u ttieħed l-isptar b’ambulanza.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara ilbieraħ fl-4.15pm fi Triq is-Salini.

Fi stqarrija il-Pulizija qalet li l-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn rota li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 46 sena residenti n-Naxxar u vettura tal-għamla Mercedes Benz, li kienet qed tintsaq minn raġel ta’ 51 sena residenti l- Iklin.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.