Jittajjar anzjan f’Tas-Sliema

Anzjan ta’ 84 sena ittajjar minn karozza f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi Triq Santa Marija hekk kif vettura misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Birgu, laqtet lill-anzjan.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan Mater Dei biex jingħata l-kura.
Iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.