Jittajjar anzjan f’Birkirkara

Stock Image

Anzjan ittajjar minn karozza f’Birkirkara illejla.

Dan ġie kkonfermat fi stqarrija mill-Pulizija li spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.45pm fi Triq Dun Filippu Borg, kantuniera ma’ Triq il-Qasab.

Mill-istħarriġ fuq il-post irriżulta li r-raġel ta’ 78 sena residenti Birkirkara safa’ milqut minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Birkirkara wkoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.