Jitressqu l-Qorti tliet pulizija li nqabdu bid-droga

Tliet uffiċjali tal-pulizija tressqu l-Qorti wara li nstabitilhom il-kokaina fi klabb f’Paceville.

It-tliet uffiċjali tħarrku fit-22 ta’ Mejju li għadda fuq traffikar tad-droga, pussess kif ukoll li wettqu reat li huma kienu fid-dover li jevitaw.

L-uffiċjali ġew sospiżi mid-dmirijiet tagħhom bħala Pulizija sakemm jinqata’ l-każ.

Il-Prosekuzzjoni infurmat lill-Qorti li waqt xogħol ta’ rutina, uffiċjali tal-Pulizija li daħlu fil-kmamar tal-banju ta’ stabbiliment li kien okkupat b’ħafna nies.

Hemm innutaw lil wieħed mill-akkużati b’pakkett suspettuż f’idejh, u li wara kien stabbillit li kien fih il-kokaina.

Iż-żewġ akkużati l-oħra wkoll kienu fil-kmamar tal-banju fl-istess waqt iżda ma kinux arrestati peress li s-suspett waqa’ biss fuq wieħed li kellu l-pakkett f’idejh.

Iżda wara l-investigazzjonijiet irriżulta li d-droga kienet intenzjonata li tkun imqassma bejn it-tliet uffiċjali.

Il-Prosekuzzjoni spjegat lill-Qorti kif it-tliet akkużati ikkunsmaw b’mod regolari il-kokaina u dwar kif qassmu d-droga bejniethom.