Storbju fil-Qorti hekk kif saru jafu li se jibqgħu arrestati

Miguela Xuereb

Read in English.

Dalgħodu fil-Qorti nqalgħet kommozzjoni meta għoxrin immigranti ntebħu li l-Magistrat tal-Għassa Charmaine Galea kient ċaħditilhom it-talba għal-libertà proviżorja u ordnat li jibqgħu taħt arrest.

Dawn l-istess immigrnati tressqu l-qorti akkużati li wettqu protesti vjolenti l-bieraħ fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi.

Persuni miżmuma wara irvell żgħir ieħor f’Ħal Safi

Il-kommozzjoni nqalgħet hekk kif l-interpretu beda jikkomunikalhom li kienu se jinżammu taħt arrest wara t-talba tagħhom għal-libertà proviżorja ġiet miċħuda.

Minkejja li ntalbu mill-Pulizija biex jibqgħu bil-qegħda, l-immigranti qamu bil-wieqfa, jipprotestaw għad-deċiżjoni tal-qorti.