​Jitressqu l-Qorti għax uliedhom ma marrux skola

1,580 ġenitur ittellgħu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta’ wliedhom fl-aħħar disa’ xhur.
Dan ħareġ fil-Parlament mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Il-Ministru Bonnici spjega li 1,009 każi għadhom pendenti, 494 ma ħallsux multa, erbgħa ġew immultati u 73 ma kienx hemm multi imposti fuqhom.