Jitressaq quddiem il-Qorti darbtejn f’għodwa waħda

Żagħżugħ ta’ 21 sena tressaq quddiem il-Qorti darbtejn f’għodwa waħda, fuq żewġ akkużi separati minn xulxin.

Damian Cesare kien akkużat fl-ewwel kawża li ta n-nar lil dar f’Ħaż-Żabbar fl-1 ta’ Ġunju, u fit-tieni kawża li kien reċediv.

Il-Qorti semgħet kif Cesare jinsab akkużat li ta n-nar lil dar fi Triq Villabate, kif ukoll li wettaq ħsara ta’ natura kriminali. Hu kien akkużat ukoll li kiser sentenza sospiża li ngħatat f’Mejju 2018, waqt li kien taħt ordni ta’ probation li ngħatat fl-2016.

Cesare, li fiż-żewġ kawżi deher quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, qal lill-Qorti li m’għandux indirizz fiss.

L-Ispettur Joanna Piscopo talbet lill-qorti taħtaf l-€20,000 garanzija personali li Cesare kien ipprovda.

L-akkużat, li għalih deher l-avukat Joe Brincat, m’ammettiex għall-akkużi miġjuba kontrih u ma ressaqx talba għall-ħelsien mill-arrest. Huwa nżamm taħt arrest.