Jitressaq it-tielet akkużat li biegħ armi lill-organizzazzjonijiet Libjani

Wara li l-bieraħ quddiem il-Qorti tressqu żewġ persuni akkużati li biegħu armi lill-organizzazjonijiet Libjani b’mod illegali, llum quddiem il-Qorti deher it-tielet akkużat.

Dan it-tielet akkużat, huwa Mario Farrugia ta’ 41 sena mix-Xagħra. Huwa qed jiġi akkużat li kellu fil-pussess tiegħu 70,000 bullet.

Huwa qed jiġi akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu armi u ammunizzjon mingħajr il-liċenzja adegwata.

Farrugia kien iżomm il-munizzjon fil-ħanut tiegħu fir-Rabat, Għawdex u f’daru.

Huwa ċaħad l-akkużi kontrih u ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €20,000 u depositu ta’ €3,000.