Jitressaq il-qorti wara li ta daqqa ta’ flixkun

Żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħaż-Żabbar tressaq il-qorti akkużat li nhar il-Ħadd li għadda filgħaxija, ikkaġuna grieħi gravi fuq tfajla, waqt argument fil-każin tal-Banda San Mikiel f’Ħaż-Żabbar.

Huwa ġie mixli wkoll li hedded persuni oħra kif ukoll li kiser il-paċi pubblika.

Iż-żagħżugħ ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €2,000.

Irid jiffirma wkoll fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żabbar kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa.

B’rabta ma’ din il-ġlieda mistennija jitressqu l-qorti aktar persuni.