Jitressaq il-Qorti wara li attakka mara

Raġel tressaq il-qorti akkużat li attakka mara fi triq f’San Ġiljan, qrib San Ġwann. Newsbook.com.mt kien irrapporta l-każ li seħħ quddiem għajnejn xi ġirien.

Il-pulizija ikkonfermat ma’ Newsbook li wara li waslulha r-rapporti, ittieħdet azzjoni immedjata u r-raġel tressaq il-qorti fil-jiem li għaddew.

Il-każ seħħ is-Sibt 17 t’Awwissu fi Triq Sant’Andrija. Sorsi li tkellmu ma' Newsbook qalu li r-raġel ġera wara l-mara, ħabtilha rasha ma' faċċata ta' dar u anke taha kemm felaħ bis-sieq u b'dak li kellu f'idu, filwaqt li wara ħarab jiġri bil-karozza.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei b'ambulanza fejn kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi iżda ma kinitx fil-periklu tal-mewt.

 

ikkuntattja lil Josianne Camilleri