Iwieġeb mhux ħati li qatel raġel fil-Qawra

Aġġornat 02:50 PM
qawra-PR1

Read in English.

Niġerjan wieġeb mhux ħati li qater raġel ieħor Niġerjan ta’ 37 sena fil-Qawra l-Ħadd li għadda.

Ir-raġel li għandu 38 sena tressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.

L-Ispetturi Kurt Zahra u Paula Ciantar ressqu lir-raġel fil-Qorti fejn ġie akkużat bl-omiċidju ta’ Amoubi Joseph Ezechi, li kien qed sikkina fuqu mingħajr permess tal-Pulizija u li kien fil-pussess ta’ arma fl-istess waqt li wettaq att kriminali.

Ħareġ li l-vittma qala’ daqqa waħda ta’ sikkina f’sidru, liema daqqa wasslet għall-mewt tiegħu aktar tard fl-isptar. Jidher li l-argument bejn iż-żewġ persuni fil-bar kien wieħed trivjali.

Fil-Qorti nstema’ li r-raġel kien għadu kemm wasal Malta mill-Italja fit-28 ta’ Frar. Hu kellu jibda jaħdem fil-qasam tal-kostruzzjoni. Il-Pulizija tħallew jinterrogaw lir-raġel meta ġie kkonfermat li l-perjodu ta’ 14-il jum kwarantina tiegħu kien għadda.

Ir-raġel baqa’ jinżamm taħt arrest hekk kif ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

X’ġara l-Ħadd li għadda?

Argument li seħħ nhar il-Ħadd li għadda fi stabbiliment fi Triq il-Ġifen għall-ħabta ta’ 12am wassal għall-qtil kiesaħ u biered ta’ Niġerjan ta’ 37 sena. L-argument seħħ bejn persuni ta’ nazzjonalità barranija u wassal sabiex il-vittma jaqla’ daqqiet ta’ arma taqta’ u bil-ponta.

Il-vittma kien ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Mill-ewwel ġie ċertifikat fil-periklu tal-mewt. Aktar tard, għall-ħabta tas-1am, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu sabiex ir-raġel li se jkun qed jitressaq il-Qorti llum jiġi arrestat f’San Ġiljan.