Jitressaq il-qorti l-eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà

Quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona, l-eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà Godfrey Scicluna ġie akkużat li bi traskuraġni u mhux b’mod volontarju weġġa’ anzjan ta’ 90 sena bil-karozza u baqa’ sejjer.
L-inċident ġara fit-2 ta’ Ġunju waranofsinhar li għadda u kawża ta’ dan, l-anzjan, Raffaele Lugermo ġarrab feriti gravi. L-anzjan miet mewta naturali fi Frar li għadda.
Godfrey Scicluna issospenda lilu nnifsu mis-Servizz minħabba l-proċeduri għaddejin bħalissa b’rabta ma’ dan il-każ.