Jitressaq il-Qorti f’Għawdex mixli bi qtil involontarju

Ġuvni ta’ 22 sena minn San Ġwann tressaq il-Qorti f’Għawdex mixli li fl-1 ta’ Jannar b’mod involontarju meta kien qed isuq, ikkaġuna l-mewt ta’ Matthew Meilak, ġuvni ta’ 22 sena.
Huwa kien mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi gravi lill-ġuvni ieħor ta’ 22 sena wkoll u li saq taħt l-effett tal-alkoħol.
Il-ġuvni wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.