Jitqassmu pilloli tal-jodju b’xejn fil-Belġju

Iċ-ċittadini kollha tal-Belġju bdew jirċievu pilloli tal-jodju b’xejn wara li l-awtoritajiet ħarġu ordni biex dan iseħħ.
Għaldaqstant, l-istess awtoritajiet qalu li dan il-pass ma sarx minħabba riskju speċifiku, iżda huwa biss proċedura ġdida mill-pjan il-ġdid f’każ ta’ emerġenza nukleari.
L-ispiżeriji bdew jirċievu wħud mill-4.5 miljun kaxxa ta’ pilloli tal-jodju u bdew iqassmuhom b’xejn mill-bieraħ.
Id-distribuzzjoni tal-mediċina meqjusa ta’ benefiċċju għall-persuni affettwati mir-radjazzjoni, kienet il-pass li jmiss wara li l-Gvern Belġjan, fl-2017, nieda sit onlajn fejn spjega lill-11-il miljun ċittadin, pass pass x’għandu jagħmel f’każ ta’ inċident nukleari.