Jitqassmu l-piggy banks tal-Istrina fl-iskejjel f’Għawdex

Il-Piggy Banks tal-Istrina tqassmu f’Għawdex mis-Sur Edgar Preca flimkien ma’ Carmen Bajada mill-Bank of Valletta f’Għawdex.
Bħal fis-snin preċedenti, bħalissa qed jitqassam għadd kbir ta’ piggy banks fl-iskejjel primarji u sekondarji kollha f’Malta u f’Għawdex.
Huma żaru l-Iskejjel Primarji fin-Nadur u x-Xewkija, kif ukoll St Francis School fir-Rabat, Għawdex.
Is-Sur Preca ngħata merħba sabiħa fit-tliet skejjel fejn fihom tħejjew programmi li ffukaw fuq l-ispirtu tas-solidarjetà, u kienu vetrina tal-isforzi li għamlu t-tfal u l-għalliema tagħhom biex din il-kampanja jagħmluha wirja ta’ solidarjetà.