Jitqassmu iktar minn nofs miljun pillola għall-pressjoni għolja fix-xahar

Kull xahar, taħt l-iskeda 2 u 5, permezz tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fil-pajjiż jinħarġu 561,084 pillola tal-Bumetanide li hi mediċina preskritta kontra l-pressjoni għolja.
Il-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsijiet Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
Mizzi qal li 5,306 pilloli huma tal-5mg, filwaqt li l-bqija – 555,778 – huma tal-1mg.