Jitqassmu aktar minn 13,000 litru ta’ methadone f’sena mid-Detox

Minister for the Family, Children’s Rights and Social Solidarity Michael Falzon visits the Substance Misuse Outpatients Unit commemorating the International Day Against Drug Abuse and Illicit Trafficking
Minister for the Family, Children’s Rights and Social Solidarity Michael Falzon visits the Substance Misuse Outpatients Unit commemorating the International Day Against Drug Abuse and Illicit Trafficking

Matul l-2019 tqassmu madwar 1,100 litru ta’ methadone fix-xahar miċ-Ċentru tad-Detox fi Gwardamanġa. F’dan iċ-ċentru jmorru aktar minn 700 persuna għal din il-mediċina bil-għan li kemm jista’ jkun iżommu ‘l bogħod mid-droga.

F’dan iċ-ċentru jiġu offruti diversi servizzi mediċi għall-persuni li għandhom vizzji relatati ma’ sustanzi fosthom tobba, psikjatri u ħaddiema soċjali. L-għan ta’ dan iċ-ċentru huwa li persuni li għandhom problemi ta’ sustanzi jirċievu l-għajnuna biex jindirizzaw il-vizzju.

Il-Ministru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon żar dan iċ-ċentru hekk kif għada jaħbat il-jum internazzjonali kontra l-abbuż tad-droga.

Il-Ministru qal li hemm bżonn ta’ aktar sapport soċjali permezz ta’ timijiet multidixxiplinarji sabiex jassistu lil dawn il-persuni. Huwa kompla li aktarx, persuna bi problema ta’ droga tkun għaddejja minn problemi soċjali oħra u għalhekk il-bżonn ta’ sapport li jħares lil hinn mill-problema ta’ droga nnifisha.

Il-Ministru Farrugia qal li wieħed għandu jiġġieled in-norma li huwa kollox aċċettabbli anke fejn jidħol l-abbuż tad-droga fi tmiem il-ġimgħa.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru ħabbar li s-sena d-dieħla se jibda jopera ċ-Ċentru Terapewtiku tal-Ibwar, li se jgħin persuni taħt it-tmintax-il sena jegħlbu l-vizzju tad-droga u dan se jsir b’investiment ta’ erba’ miljun ewro.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali Alfred Grixti qal li l-Aġenzija Sedqa qed tkun strumentali f’dan il-qasam, tant li qed tkompli tassisti iktar nies u tgħinhom fuq livell individwali. Is-Sur Grixti qal li l-methadone kienet qed titqassam fir-residenzi tal-persuni li għandhom bżonnha tul iż-żmien tal-pandemija tal-Covid-19, bil-għan li ma jkunx hemm tixrid tal-virus.