Jitqassmu 834,000 siringa f’sentejn u nofs

Mill-aħħar informazzjoni li ngħatat fil-Parlament jidher li matul l-2012, 2013 u sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena, miċ-Ċentri tas-Saħħa tqassmu 833,974 siringa.
B’risposta għall-mistoqsija tad-deputat Claudio Grech, il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi qal li l-akbar ammont ta’ siringi jitqassam miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid waqt li l-inqas hu f’Għawdex.
Fl-2012 b’kollox tqassmu 346,710 siringa.
Fl-2013 tqassmu 342,732 waħda waqt li sal-aħħar ta’ Mejju kienu tqassmu 132,532 siringa.

 

Ċentru tas-Saħħa201220132014 (sal-aħħar ta' Mejju)
Furjana100,30066,80025,800
Gżira60,8061,20028,00
Ħal Qormi14,70018,3007,500
Raħal Ġdid114,200111,80046,900
Bormla77,90075,00021,600
Mosta3,4674,362640
Rabat4,7374,7501,864
Birkirkara000
Għawdex606520228
TOTAL346,710342,732132,532