Jitqassmu 51 miljun kopja ta’ Bibbja għat-Tfal f’40 sena

Il-Fondazzjoni Aid to the Church in Need (ACN) qed tiċċelebra l-40 sena mil-bidu tal-Bibbja indirizzatha lejn it-tfal u kif Alla jkellem lil uliedu. S’issa aktar minn 51 miljun kopja ġew imqassma f’189 lingwa differenti. Dan il-ktieb kien ta’ ispirazzjoni għal ħafna nies fosthom għal Dun Ronaldo Montes de Oca, qassis Kuban li tkellem dwar kif dan il-ktieb għenu fil-vokazzjoni tiegħu biex isir qassis.

Dun Ronaldo qal li huwa kien jgħix ġo komunità żgħira u kellhom katekista li kienet tgħallimhom fuq ir-reliġjon b’fidi kbira. Huwa minn dejjem kien jixtieq li jkollu Bibbja u darba fost l-oħrajn il-Kappillan tal-post tah din il-Bibbja għat-tfal ippubblikata mill-Aid to the Church in Need. Permezz ta’ din il-Bibbja huwa tgħallem aktar fuq Alla u għaraf is-sejħa tiegħu biex isir qassis.

Dr Heine-Geldern il-President Eżekuttiv tal-Aid to the Church in Need, tispjega li matul dawn l-40 sena rċievew ħafna ittri minn persuni differenti li rringrazzjawhom għal din il-Bibbja li tgħin lin-nies iħossuhom jinbnew aktar f’relazzjoni ma’ Alla. Hija spjegat li din il-Bibbja hija mqassma f’99 kapitlu qasir fejn Alla jkellem lit-tfal u jgħidilhom siltiet importanti mit-Testment il-Qadim u l-Ġdid b’mod faċli li jkunu jistgħu jifhmuhom.

Mill-bidu, il-fondazzjoni Aid to the Church in Need dejjem qassmet kopji tal-Bibbja b’xejn f’pajjiżi fqar. F’pajjiżi fejn huma iktar sinjuri dawn il-kopji jitqassmu bi ħlas. Il-Papa Benedittu IV f’Mejju tal-2007 kien qassam 10,000,000 kopja ta’din il-Bibbja fil-Brażil.