Jitqabbad il-bieb tal-klinika ta’ snien tat-tfal f’Ħal-Luqa

Read in English.

Nirien ħakmu l-klinika tal-kura tas-snien tat-tfal MySmile Dental Care Centre li jinsab fi Triq il-Ġdida Ħal Luqa.
Kelliema għall-Pulizija u s-CPD qalu lil Newsbook.com.mt li daħlulhom ir-rapporti għall-ħabta tal-09.40pm li kien hemm bieb qed jaqbad.

Fil-ħin tal-inċident, kien hemm żewġ persuni fil-bitħa ta’ klinika għall-kura tas-snien f’Ħal Luqa meta l-bieb ta’ barra tal-klinika ħa n-nar. Huma ħarġu mill-bini u ngħataw kura għad-dħaħen li belgħu.

Jidher li l-bieb tqabbad apposta.