Jitpoġġa pupu barra l-bini tal-FIAU

Pupu d-daqs ta’ bniedem b’wiċċ sid il-Bank Pilatus, Ali Sadr Hasheminejad, liebes ilbies tal-ħabs tpoġġa quddiem il-bini tal-Aġenzija tal-Gvern Kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU).
Il-grupp anonimu jismu Reżistenza poġġa dal-pupu lbieraħ filgħaxija, li ħdejh kellu nota tgħid, “Għandi bżonn pjaċir”.
Fi tweet il-grupp anonimu staqsa tliet mistoqsijiet;

  1. Għaliex Manfred Galdes kien irriżenja minn Direttur tal-FIAU meta kien hemm l-ispezzjoni fil-Pilatus?
  2. Tħalla jagħmel xogħlu sewwa?
  3. Għaliex Alfred Zammit, li kien ħa post Galdes, bagħat ittra ddattata 26 ta’ Settembru 2016 lill-Pilatus?

Il-grupp temm jgħid li jixtieq tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Hasheminejad kien ġie arrestat fl-20 ta’ Marzu li għaddew fl-Istati Uniti, fejn qed jiġi akkużat li pparteċipa fi skema ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet Amerikani kontra l-Iran billi uża l-Veneżwela biex jgħaddi €94 miljun, ekwivalenti għal $115 miljun mill-Istati Uniti għall-Iran.
Mistoqsijiet dwar kif dil-persuna tħalliet tiftaħ bank Malta tqajmu wara dan l-arrest.