Jitpoġġa l-ħitan tal-konkrit f’Bieb il-Belt

Ilbieraħ filgħaxija beda jitpoġġa l-ħitan tal-konkrit li se jifforma parti mill-Bieb tal-Belt skont id-diżinn tal-Perit Taljan Renzo Piano.

Sabiex dawn il-blokki tal-konkrit tpoġġew f’posthom iż-żona kellha tingħalaq għal xi ħin.

Intant fil-Parlament b’rabta ma’ dan il-proġett, il-Ministru Joe Mizzi qal li l-parti tal-proġett ta’ Bieb il-Belt li tikkonċerna t-tisbieħ tal-foss mhux se jsir minħabba nuqqas ta’ fondi.

Il-Ministru Mizzi qal dan meta kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-deputat Laburista Chris Agius.

Skont il-pjanti kif approvati mill-MEPA, il-foss kellhu jilqa’ fih proġett għall-ġbir tal-ilma tax-xita biex dan jerġa’ jintuża fil-bini tal-Parlament.

Joe Mizzi qal li dan mhux se jkun possibbli li jsir minħabba li l-bini tal-Parlament spiċċa b’nuqqas ta’ fondi. 

 

Ritratti: David Debono