Jitolbu ruling biex ikollhom ħin fid-dibattiti

p.p1 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; font: 12.0px ‘Helvetica Neue’; color: #454545}
p.p2 {margin: 0.0px 0.0px 0.0px 0.0px; font: 12.0px ‘Helvetica Neue’; color: #454545; min-height: 14.0px}

Il-Membru Parlamentari Godfrey Farrugia talab lill-Ispeaker biex jagħti ruling fuq il-ħin għad-dibattitu allokat lill-Membri Parlamentari tal-Partit Demokratiku.
Id-deputat tal-Partit Demokratiku talab lis-sedja biex tindirizza l-fatt li hu flimkien mad-deputat Marlene Farrugia jirrapreżentaw lill-Partit Demokratiku u jiffurmaw parti mill-Oppożizzjoni li hi komposta minn żewġ partiti.
Talab li jiġu protetti d-dritt tal-fehma u l-espressjoni b’ruling biex jissalvagwardja l-interessi taż-żewġ membri msemmija li fi kliemu “huma eletti f’Parlament rappreżentattiv”.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li s-Sedja ħadet nota ta' dak li ntqal u se jistudja l-kontenut tat-talba biex ikun jista' jagħti r-ruling fiż-żmien li ġej.