Jitolbu lill-Membri Parlamentari biex jieħdu azzjoni dwar il-ħela tal-ikel

L-Alleanza Kontra l-Faqar kitbet lill-Membri Parlamentari kollha biex jieħdu azzjoni kontra l-ħela tal-ikel.
F’imejl li bagħtet lill-Membri Parlamentari llum, l-Alleanza appellat biex jieħdu l-eżempju tal-Gvern Franċiż, li għadda liġi li tipprojbixxi lis-supermarkets milli jarmu l-ikel.
Permezz ta’ din il-liġi, l-ikel li jkun għadu tajjeb ghall-konsum tal-bniedem, se jibda jinghata lill-ghaqdiet tal-karita, filwaqt li l-ieħor isir ikel għall-annimali jew kompost.
Dan l-aħħar, l-Alleanza bdiet kampanja biex toħloq kuxjenza kontra r-rimi tal-ikel u bdiet ukoll petizzjoni onlajn.
Fi ftit jiem il-petizzjoni ġiet iffirmata minn aktar minn 1,000 persuna.