Jitolbu lil UNESCO tirrikonoxxi l-falkunerija f’Malta

Read in English.

Il-klabb tal-falkunerija f’Malta, flimkien ma klabb ieħor lokali, qed jissieltu sabiex il-falkunerija tiġi rikonoxxuta fuq il-lista nazzjonali tal-UNESCO.

Fl-istess ġin il-klabb se jkompli jaħdem sabiex jippromovi u jissalvagwardja il-prattika tal-falkunerija fuq livell nazzjonali permezz tal-għajnuna mill-International Association for Falconery and Conservation of Birds of Prey.

Il-Malta Falconers Club għadha kif appuntat ukoll il-kumitat il-ġdid ta’ dan il-klabb għat-tliet snin li ġejjin.

Il-President tal-klabb issa hu s-Sur Lucas Micallef. Jgħinu se jkollu lill-Viċi President, is-Sur Andrew Portelli, is-Sur George Borg bħala segretarju u lis-Sur Etienne Aguis bħala t-Tezorier u lis-Sur Charles Sultana bħala l-Viċi Teżorier.