Jitolbu li l-investigazzjoni titwessa’ għall-prattiċi tal-Gvern preċedenti

Fi stqarrija, il-membri tal-Gvern fil-Public Accounts Committee innutaw it-talba tal-Oppożizzjoni għall-investigazzjoni dwar proċedura li ntużat fl-għazla t' avukati fir-rigward tal-espressjoni ta' interess għall-konċessjoni ta’ żewg casinos.

Intqal li l-membri tal-Gvern iħossu li din l-investigazzjoni għandha titwessa’ għall-prattiċi użati mill-amministrazzjoni preċedenti biex jiġu magħżula konsulenti għal servizzi legali u servizzi oħra speċjalment mill-Ministeru tal-Finanzi.

Il-Ministru Konrad Mizzi, is-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici u l-membri parlamentari Chris Agius u Justyne Caruana sostnew li dawn il-kuntratti kważi dejjem ingħataw direct order lill-istess ftit nies mill-Ministru preċedenti fuq kriterji mhux magħrufa.

Intqal li bil-proċedura li qed tintuża bħalissa, kumpaniji differenti qed jingħataw l-opportunità li jesprimu l-interess tagħhom sabiex jagħtu s-servizzi.