Jitolbu li l-fundatur ta’ WikiLeaks jitlaq mill-ambaxxata bla biża’ t’arrest

L-esperti fid-drittijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għamlu sejħa lill-awtoritajiet Ingliżi biex jagħtu permess lill-fundatur ta’ WikiLeaks, Julian Assange jitlaq mill-ambaxxata tal-Ekwador f’Londra mingħajr il-biża li jiġi arrestat.

Il-grupp t’esperti dwar id-Detenzjoni Arbitrarja insista li minħabba s-sejba ta’ Assange li ppubblika lura fi Frar tal-2016, spiċċa biex tħalla miżmum illegalment mingħajr l-ebda akkuża fl-ambaxxata.