Jitolbu għar-riżenja ta’ Jason Micallef mill-V18

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili talbet ir-riżenja ta’ Jason Micallef minn Ċerpersin tal-Fondazzjoni Valletta 2018 wara l-kummenti tiegħu fuq il-midja soċjali, li sejjħulhom “ta’ disprezz” fil-konfront tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.
Skont in-Netwerk, Micallef attakka l-libertà tal-espressjoni tal-attivisti billi ssuġġerixxa li l-protesti tagħhom għandhom jitwaqqfu.
Fi stqarrija nsistew li Micallef għadda ż-żmien bi stqarrija tagħhom u nsistew li l-attitudni tiegħu hija waħda diviżiva u nieqsa mis-sensitività li jgħidu li ma tixraqx lil uffiċjal tal-istat li qed imexxi l-avvenimenti tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Jumejn ilu, Micallef qal li Caruana Galizia hija akar diviżiva issa milli meta kienet ħajja. Dan filwaqt li tella’ ritratti ta’ strixxuni li twaħħlu fuq riklam tal-Valletta 2018 u ttimbra dan l-att bħala wieħed “illegali u ta’ provokazzjoni”.