Jitolbu għall-istaġun tal-ħarifa għall-pluvieri u l-imlievez

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) qalet li se tirrakkomanda lill-Gvern biex jinfetaħ l-istaġun tal-insib għall-pluvieri u l-imlievez fil-ħarifa ta’ din is-sena.
Fi stqarrija l-FKNK qalet li l-Kumitat se jirrakomanda wkoll it-tneħija tal-kwoti ta’ qbid taż-żewġ speeċi tal-individwu, filwaqt li jinżammu l-istess kwoti nazzjonali tas-sena l-oħra.