Jitolbu għal aktar CCTVs fit-toroq li qed jiġu rranġati

Il-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq appella sabiex jitwaħħlu aktar kameras fit-toroq li qed jiġu rranġati sabiex jitnaqqas l-abbuż li qed iwassal għal aktar inċidenti u mwiet.
Fit-tieni kwart ta’ din is-sena żdiedu b’aktar minn 500 dawk li weġġgħu fl-inċidenti tat-traffiku meta wieħed iqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.
Il-kunsill irrefera wkoll għal filmati li dehru fuq il-midja soċjali ta’ sewwieqa li sfaċċatament jiksru l-liġi u jipperikolaw ħajjithom u ħajjet ħaddieħor.
Finalment talab sabiex aktar milli statistika u numri dwar ħajjet in-nies, isir studju mil-lat xjentifiku dwar fejn isiru l-inċidenti, x’inċidenti jsiru, iċ-ċirkustanzi, l-ambjent u l-kundizzjoni tat-toroq, fost oħrajn.
Ritratt: Arkivji