Jitolbu €150,000 wara li sellfu €7,800

Il-Qorti tal-Maġistrati sostna li m’hemmx biżżejjed evidenza biex jeħel raġel li allegatament staqsa għal €150,000 għal self ta’ €7,800.

Ir-raġel ġie mressaq flimkien mat-tifel tiegħu fuq allegazzjonijiet li sellef flus b’rati esaġerati t’interessi u li hedded il-vittma sa punt li beża mill-vjolenza li kważi wasslitu għal suwiċidju. Huma kienu sostnew li m’humiex ħatja.  Il-vittma allegatament kien staqsa lit-tifel biex jissellef €10,000 biex jirrenova l-forn u biex jixtri li hemm bżonn għan-negozju tiegħu.

It-tifel imbagħad kien stqarr li kien daħħal lill-missieru fil-ftehim biex isellfu lill-allegat vittma €7,800. Però, l-interessi malajr eskalaw, hekk kif waslu sal- €150,000. L-allegat vittma beda jikkontempla s-suwiċidju.

Meta tressqu l-Qorti r-raġel u t-tifel flimkien, kienu sostnew li m’humix ħatja. Il-kawżi imbagħad ġew ikkunsidrati separatament.

Il-Maġistrat, fuq il-kawża tal-missier, osserva li l-istqarrija li ta t-tifel mal-Pulizija ma tistgħax tiġi aċċettata bħala evidenza li l-missier kien kompliċi. L-istqarrija li ngħatat mill-allegat vittma kien semma isem l-akkużat biss meta ssemma t-tifel, u għalhekk ma tgħoddx bħala evidenza.

B’hekk, ma kienx hemm evidenza li wriet li l-missier kien involut f’dan il-każ, skont il-Qorti. Il-Qorti neħħiet ukoll l-ordni tal-iffriżar tal-assi tal-akkużat li kienet ilha hemm minn Jannar tal-2018.