Jitolbu biex jieqfu l-attakki f’Gaża

Il-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda talab li jieqfu l-attakki f’Gaża wara laqgħa t’emerġenza bil-bibien magħluqa.
Dan wara li lbieraħ kienet l-agħar ġurnata ta’ ġlied, hekk kif mietu 13-il suldat Iżraeljan u aktar minn 100 Palestinjan.
Is-Segretarju tal-Istat John Kerry mistenni jasal fil-Kajr illum biex jiddiskuti l-kriżi mal-mexxejja Eġizzjani.