Jitniżżlu żewġ fighter jets Ukreni

Żewġ fighter jets Ukreni tniżżlu meta ġew sparati minn ribelli Russi.
Huma waqgħu viċin il-post fejn kien niżel l-ajruplan MH17 il-ġimgħa l-oħra, f’inċident li qatel il-298 passiġġier li kien hemm fuqu.
Residenti qalu li semgħu xi moviment matul il-lejl, u li parti mill-ajruplan laqat pjanta tal-kimiċi li ħadet in-nar.
Igor Strelkov, responsabbli mir-ribelli f’Donetsk, qal li kienu s-separatisti li sparaw lejn ajruplan wieħed u li l-pilota laħaq ħareġ minnu, iżda ma tax aktar dettalji.
Aktar ġlied żied fil-belt ta’ Donetsk, bir-ribelli jabbandunaw il-pożizzjoni tagħhom u jmorru lejn partijiet ċentrali tal-belt.