​Jitniżżlu minn ajruplan tar-Ryan Air ftit sekondi qabel it-titjira

Titjira tar-Ryan Air li kellha tħalli l-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Birmingham ftit wara l-11 ta’ dalgħodu, ħalliet Malta ftit tal-ħin ilu.
Meta nfurmawhom li t-titjira mhux se titlaq fil-ħin minħabba ħsara teknika, il-passiġġieri kienu diġà fuq l-ajruplan li kien għadu kif beda miexi fuq ir-runway.
Madanakollu, aktar tard tniżżlu lura fl-ajruport ta’ Malta u ġew infurmati li t-titjira se ssir permezz ta’ ajruplan tal-Air Malta.  Madanakollu ma ġewx indikati l-ħin tat-titjira.
Għall-ħabta tas-1.20pm ittellgħu fuq ajruplan tar-Ryan Air.
Passiġġieri li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li kawża ta’ dan id-dewmien se jkunu qed jitilfu titjiriet oħra li għandhom ibbukkjati minn Birmingham, kif ukoll biljetti tal-ferrovija.
Mistoqsijiet li Newsbook.com.mt bagħat lil-linja tal-ajru dwar il-kawża tal-ħsarat għadhom ma ġewx imwieġba.